ad1
   |
31 May 2014
20 May 2014
8 May 2014
Mitt qawl bil-Malti : Xogħol ta' F.X. Cassar (Għat-tfal tat- tielet sena)
Mitt qawl bil-Malti għat-tielet sena
Xogħol ta' F.X. Cassar (Għat-tfal tat- tielet sena)
Il-Qawl jew kif inhu magħruf ukoll ‘Il‑Proverbju’ huwa għidut popolari li għadda minn missier għall-iben u minn ġenerazzjoni għall‑oħra, sa mill-ibgħad żminijiet u baqa’ jingħad sa ma wasal għandna fi żminijietna.
Dan il-għidut issawwar mill-esperjenzi li ġarrbet l-umanita tul is-snin li minnhom tgħallmet it-tajjeb mill-benna tal-ħajja u l-ħażin mill‑qares tagħha. Spiss dawn jieħdu għamla ta’ sentenza qasira mimlija għerf li biha tingħata tagħlima siewja lil kull min jixtieq jiftaħ għajnejh jew iwissi lil għajru.
1 Aħjar għasfur f'idek minn mija fl-ajru.
2 Aħjar uff minn aħħ.
3 Agħtini xortija u itfagħni l-baħar.
4 Akbar m’int akbar hemmek.
5 Alla ma jħallasx bin-nhar ta’ sibt.
6 Alla jagħlaq
bieb u jiftaħ mija.
7 Alla qatt ma jsawwat u jerġa’.
8 Alla skond il-muntanja jagħtiha
s-silġ.
9 Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
10 B'mitt sena ħsieb ma tibnix fejn toqgħod.
11 Bniedem
avżat nofsu armat.
12 Erfa' u sorr għal meta tiġi bżonn.
13 Għajn ma tara qalb ma
tuġa'.
14 Għal kull għadma hawn mitt kelb.
15 Għall-magħmul m’hemmx kunsill.
16 Għidli
ma’ min tagħmelha u ngħidlek min int.
17 Ħobżu maħbuż u żejtu fil-kus.
18 Ħu l-fama
u mur orqod.
19 Iddardarx il-għajn li trid tixrob minnha.
20 Il-bniedem jipproponi
u Alla jiddisponi.
21 Id-demm qatt ma jsir semm.
22 Il-forka għall-iżvinturat.
23 Il-ftira
sħuna tajba.
24 Il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser.
25 Il-giddieb għormu
qasir.
26 Il-għawi ħu l-ġenn.
27 Il-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien.
28 Il-ħmar
iwaħħal f'denbu.
29 Il-ħmar jikkmanda lil sidu.
30 Il-ħmar tiegħu u jirkeb wara.
31 Il-ħobż
agħtih lil min jaf jieklu.
32 Il-ħuta minn rasha tinten.
33 Il-kelb il-mismut kull
ilma jaħsbu misħun.
34 Il-mistoqsija oħt il-għerf.
35 Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn.
36 Is-skiet
risposta.
37 It-tiġrija sal-barkun.
38 Ix-xemx minn fil-għodu tidher.
39 Ix-xogħol
warrablu ħa jidher
40 Iż-żaqq il-mimlija taqa’ u tqum mill-vojta.
41 Iż-żaqq li tagħtiha
tiekol.
42 Iż-żejjed ħu n-nieqes.
43 Iż-żejjed imbidded.
44 Iż-żejt jitla’ f’wiċċ
l-ilma.
45 Jekk jaqa’ l-baħar ma jixxarrabx.
46 Jilgħabha tal-ħmar biex ma jħallasx
dwana.
47 Kelb rieqed la tqajmux.
48 Kieku l-ġemel jara ħotobtu, jaqa' u jmut
sobtu.
49 Kliem ix-xiħ żomm fih.
50 Kulħadd jiġbed lejn xawwatu.
51 Kull deni ħudu b'ġid.
52 Kull
ilma jaqta' l-għatx.
53 Kull mibdi mitmum.
54 Kull min jgħolli għabut għandu xi
jxomm.
55 L-arju għandu għajnu u l-ħajt għandu widintu.
56 L-ewwel ma tiekol, il-għajn.
57 Li kien il-kliem deheb, is-skiet aħjar
minnu.
58 Li l-bajda kellha widnejn kienu jerfgħuha
tnejn.
59 Lil min tafu tistaqsix għalih.
60 "L-isbaħ l-indafa," tgħid il-maħmuġa.
61 Malta qatt ma rruftat qamħ.
62 Malta żgħira u n-nies magħrufa.
63 Mar għall-kaċċa mingħajr xkubetta.
64 Meta tiġi iftaħilha l-bieb.
65 M’hux kull ma jleqq deheb.
66 Mietu l-ħrief qabel in-nagħaġ.
67 Min għamelhielek darba jagħmelhielek mitt
darba.
68 Min għandu wiċċu għandu żewġu.
69 Min iħobb il-kelb, iħobb lil sidu.
70 Min irid in-nar ifittxu hu.
71 Min jaħsel ras ta' ħmar jaħli s-sapun.
72 Min jagħmel qoffa jaf jagħmel qartalla,
73 Min jagħmel xogħlu b’idu jorqmu u jżidu.
74 Min jerfa' qoftu m'hux pastas.
75 Min jimxi bil-mod jasal kmieni.
76 Min jitwieled tond ma jmutx kwadru.
77 Min jixtieq id-deni lil għajru jiġi
f'daru.
78 Min jobżoq fis-sema jiġi f'wiċċu.
79 Min jogħla ħafna, sabta kbiru jieħu.
80 Min
jorqod ma jaqbadx ħut.
81 Min jorqod bil-ġuħ
joħlom bil-ftajjar.
82 Mingħajr għodda ma taħdemx.
83 Minn kull fejn taqta' joħroġ
id-demm.
84 Mis-subgħa jieħu l-id.85Mitt bniedem, mitt fehma.
86 Naħqa ta' ħmar
qatt ma telgħet is-sema.
87 Omm il-ġifa qatt ma tagħli.
88 Pjaċir m'hux mitlub,
nofsu mitluf.
89 Qattusa għaġġelija, frieħ għomja tagħmel.
90 Qis mitt darba u
aqta’ darba.
91 Riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa.
92 Sargu xiħ b'gamblu jinten
jinqabad.
93 Tafdax biex ma tħallilx.
94 Tagħmel kif tagħmel taqlagħha.
95 Tgħoddx
il-flieles qabel ma jfaqqsu
96 Tieħu bla ma trodd, is-swar tħott.
97 Torbotx rasek
qabel taqsamha.
98 Wara d-daħk jiġi l-biki.
99 Xemx li ma ssaħħanx aħjar il-bard ta'
Jannar minnha.
100 Xemx u xita, Alla jaf meta.
4 May 2014
Idjomi u espressjonijiet li jissemmew annimali u partijiet tal-ġisem : Xogħol ta' F.X. Cassar (Għat-tfal tat- tielet sena)
Idjomi u espressjonijiet li jissemmew annimali u partijiet
tal-ġisem.
Il-ħajja li ngħixu, fiha ċerti sitwazzjonijiet li jiġu
riflessi fil-mod li bih nitħaddtu. M’hemmx għalfejn ngħidu, l-annimali ta’ ma’
dwarna daħlu f’dan l-aspett tal-lingwa u niltaqgħu magħhom spiss. Uħud mill
ismijiet ta’ annimali saru sinonimi ma’sitwazzjonijiet u qagħdiet tal‑bniedem.
Fost dawn insibu dawn li ġejjin li m’hemmx għalfejn wisq kliem biex nifhmu meta
u għal min jingħadu.
kelb
ħanżir
pappagall
ħmar
tellerita
ġurdien
qanfud
qroqqa
żiemel
serp / lifgħa
ħaruf / nagħġa
muntun / mogħża
Drabi oħra nsibu annimali msemmija f’espressjonijiet bħal dawn:-
bħan-ngħaġ ta’ Bendu
deni ta’ żiemel
fitt daqs id-dubbien
fjakka l-gawwi
għażżien daqs kelb
għajnejh ta’ seqer
għandu saħħa ta’ barri
igorr daqs ħamiema
itaqtaq daqs summiena
ħmar mort u mija ġejt
jaħdem daqs bagħal
jibla’ kollox bħal mazzun
jiżloq daqs sallura
jimxi qisu papru
jinħasel bħall-qtates
kelb bla sid
kelb għalih innifsu
la jiġi d-dubbien l‑abjad
magħlub daqs gattarell
mans daqs ħaruf / nagħġa
qabad miegħu bħal qarnita
qattusa għaġġelija
qishom kelb u qattus
qisu żiemel maħrub
qisu baqqa
qisu serduk
sajjem daqs bebbuxu
sar qisu aringa
sar qisu zakak
sargu xiħ
Partijiet tal-ġisem tagħna ukoll għandhom sehem f’idjomi u frażijiet
fil-lingwaġġ tagħna ta’ kuljum. Dawn li ġejjin huma xi idjomi jew
espressjonijiet li nużaw li fihom jissemmew partijiet tal-ġisem.
b’idejh fuq żaqqu
baqa’ f’wiċċu
daħħal subgħu f’għajnu
dahru mal-ħajt
dellu tqil
fetaħ ħanġra
fetaħ għajnejh
fetaħ qalbu
fidil daqs il-kelb ta’ {akki
f’tebqa ta’ għajn
fommu sieket
fula f’qargħa
fuq ruħu
geddumu fix-xgħir
gidem ilsienu
għadda minn għala widnejh
għadda minn moħħu
għajnejh akbar minn żaqqu
għajnejh magħluqa
għajnejh ta’ seqer
għajnu għokritu
għalaq għajn waħda
għalaq għajnejh
għandu memorja qasira
għandu għalih
għandu r-riħ fil-qalgħa
għandu widna tajba
heżżeż snienu
ħabat difru miegħu
ħadlu rasu / moħħu
ħobż mimgħud
ħoll xagħrek u ġib iż-żejt
idu f’idu
idu magħluqa
ilsienu jaqilgħu
ilsienu jikkmandah
ilsienu tqil
ilsienu twil
ilsienu jniggeż / jweġġa’
imnieħru mxammar
ix-xorti tagħtih bis-sieq
ix-xoqqa f’moxtha
jaf għal tiegħu
jaf jgħodd sal-għaxra
jagħmel għal żaqqu
jinżel għasel
ksir il-għajn
kull ma jagħmel isirlu suf
kull ma jmiss isirlu deheb
l-inkwiet jieklu bil-ħobż
ma għandux ħajta f’ilsienu
ma għandux kwiet f’ġismu
ma jdoqqx għal widintu
ma jiswiex tabaq fwiedu
mal-ħaġra t-tajn
mar f’ras il-għajn
medd idu / għonqu
mela żaqqu / l-ħawsla
mela ħalqu bl-ilma
merqtu u ftietu
minn qiegħ qalbu
minn widna jidħol u mill‑oħra joħroġ
mis-subgħa ħa l-id
moħħ ir-riħ / fuq il-werqa
moħħu ħafif
moħħu vojt
moqli b’żejtu
nofs leħja
qabdu fuq sieq waħda
qala’ qalbu / fwiedu
qala’ riġlejh / saqajh
qalbu ħadra / iebsa
qalbu f’idu / tajba / ħanina
qarras wiċċu
rasu iebsa
riħ bla xita
sab ix-xagħra fil-għaġina
sieq waħda fil-qabar
subgħu dritt
taħmil id-dras
telaq għal riħu
telaq għal għonq it-triq
waqgħulu snienu
wiċċu bla żejt
wiċċu, wiċċ il-għatba tal-qorti
wiċċ Laskri
fetaħ qalbu
wiċċu jaqilgħu
wiċċu sfieq
xammha tinten
xogħlu għali
xott daqs il-frawli
żaqqu ma’ dahru
żaqqu mimlija
1 May 2014
30 April 2014
24 April 2014
Subscribe to:
Posts (Atom)