Mitt qawl bil-Malti għat-tielet sena
Xogħol ta' F.X. Cassar (Għat-tfal tat- tielet sena)
Il-Qawl jew kif inhu magħruf ukoll ‘Il‑Proverbju’ huwa għidut popolari li għadda minn missier għall-iben u minn ġenerazzjoni għall‑oħra, sa mill-ibgħad żminijiet u baqa’ jingħad sa ma wasal għandna fi żminijietna.
Dan il-għidut issawwar mill-esperjenzi li ġarrbet l-umanita tul is-snin li minnhom tgħallmet it-tajjeb mill-benna tal-ħajja u l-ħażin mill‑qares tagħha. Spiss dawn jieħdu għamla ta’ sentenza qasira mimlija għerf li biha tingħata tagħlima siewja lil kull min jixtieq jiftaħ għajnejh jew iwissi lil għajru.
1 Aħjar għasfur f'idek minn mija fl-ajru.
2 Aħjar uff minn aħħ.
3 Agħtini xortija u itfagħni l-baħar.
4 Akbar m’int akbar hemmek.
5 Alla ma jħallasx bin-nhar ta’ sibt.
6 Alla jagħlaq
bieb u jiftaħ mija.
7 Alla qatt ma jsawwat u jerġa’.
8 Alla skond il-muntanja jagħtiha
s-silġ.
9 Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
10 B'mitt sena ħsieb ma tibnix fejn toqgħod.
11 Bniedem
avżat nofsu armat.
12 Erfa' u sorr għal meta tiġi bżonn.
13 Għajn ma tara qalb ma
tuġa'.
14 Għal kull għadma hawn mitt kelb.
15 Għall-magħmul m’hemmx kunsill.
16 Għidli
ma’ min tagħmelha u ngħidlek min int.
17 Ħobżu maħbuż u żejtu fil-kus.
18 Ħu l-fama
u mur orqod.
19 Iddardarx il-għajn li trid tixrob minnha.
20 Il-bniedem jipproponi
u Alla jiddisponi.
21 Id-demm qatt ma jsir semm.
22 Il-forka għall-iżvinturat.
23 Il-ftira
sħuna tajba.
24 Il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser.
25 Il-giddieb għormu
qasir.
26 Il-għawi ħu l-ġenn.
27 Il-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien.
28 Il-ħmar
iwaħħal f'denbu.
29 Il-ħmar jikkmanda lil sidu.
30 Il-ħmar tiegħu u jirkeb wara.
31 Il-ħobż
agħtih lil min jaf jieklu.
32 Il-ħuta minn rasha tinten.
33 Il-kelb il-mismut kull
ilma jaħsbu misħun.
34 Il-mistoqsija oħt il-għerf.
35 Il-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn.
36 Is-skiet
risposta.
37 It-tiġrija sal-barkun.
38 Ix-xemx minn fil-għodu tidher.
39 Ix-xogħol
warrablu ħa jidher
40 Iż-żaqq il-mimlija taqa’ u tqum mill-vojta.
41 Iż-żaqq li tagħtiha
tiekol.
42 Iż-żejjed ħu n-nieqes.
43 Iż-żejjed imbidded.
44 Iż-żejt jitla’ f’wiċċ
l-ilma.
45 Jekk jaqa’ l-baħar ma jixxarrabx.
46 Jilgħabha tal-ħmar biex ma jħallasx
dwana.
47 Kelb rieqed la tqajmux.
48 Kieku l-ġemel jara ħotobtu, jaqa' u jmut
sobtu.
49 Kliem ix-xiħ żomm fih.
50 Kulħadd jiġbed lejn xawwatu.
51 Kull deni ħudu b'ġid.
52 Kull
ilma jaqta' l-għatx.
53 Kull mibdi mitmum.
54 Kull min jgħolli għabut għandu xi
jxomm.
55 L-arju għandu għajnu u l-ħajt għandu widintu.
56 L-ewwel ma tiekol, il-għajn.
57 Li kien il-kliem deheb, is-skiet aħjar
minnu.
58 Li l-bajda kellha widnejn kienu jerfgħuha
tnejn.
59 Lil min tafu tistaqsix għalih.
60 "L-isbaħ l-indafa," tgħid il-maħmuġa.
61 Malta qatt ma rruftat qamħ.
62 Malta żgħira u n-nies magħrufa.
63 Mar għall-kaċċa mingħajr xkubetta.
64 Meta tiġi iftaħilha l-bieb.
65 M’hux kull ma jleqq deheb.
66 Mietu l-ħrief qabel in-nagħaġ.
67 Min għamelhielek darba jagħmelhielek mitt
darba.
68 Min għandu wiċċu għandu żewġu.
69 Min iħobb il-kelb, iħobb lil sidu.
70 Min irid in-nar ifittxu hu.
71 Min jaħsel ras ta' ħmar jaħli s-sapun.
72 Min jagħmel qoffa jaf jagħmel qartalla,
73 Min jagħmel xogħlu b’idu jorqmu u jżidu.
74 Min jerfa' qoftu m'hux pastas.
75 Min jimxi bil-mod jasal kmieni.
76 Min jitwieled tond ma jmutx kwadru.
77 Min jixtieq id-deni lil għajru jiġi
f'daru.
78 Min jobżoq fis-sema jiġi f'wiċċu.
79 Min jogħla ħafna, sabta kbiru jieħu.
80 Min
jorqod ma jaqbadx ħut.
81 Min jorqod bil-ġuħ
joħlom bil-ftajjar.
82 Mingħajr għodda ma taħdemx.
83 Minn kull fejn taqta' joħroġ
id-demm.
84 Mis-subgħa jieħu l-id.85Mitt bniedem, mitt fehma.
86 Naħqa ta' ħmar
qatt ma telgħet is-sema.
87 Omm il-ġifa qatt ma tagħli.
88 Pjaċir m'hux mitlub,
nofsu mitluf.
89 Qattusa għaġġelija, frieħ għomja tagħmel.
90 Qis mitt darba u
aqta’ darba.
91 Riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa.
92 Sargu xiħ b'gamblu jinten
jinqabad.
93 Tafdax biex ma tħallilx.
94 Tagħmel kif tagħmel taqlagħha.
95 Tgħoddx
il-flieles qabel ma jfaqqsu
96 Tieħu bla ma trodd, is-swar tħott.
97 Torbotx rasek
qabel taqsamha.
98 Wara d-daħk jiġi l-biki.
99 Xemx li ma ssaħħanx aħjar il-bard ta'
Jannar minnha.
100 Xemx u xita, Alla jaf meta.
Prosit.
ReplyDelete