Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja
Triq l-Assedju l-Kbir
Il-Furjana VLT 2000
www.kunsilltalmalti.gov.mt
kunsilltalmalti@gov.mt
Bħalma tafu, fl-2010 sar tibdil fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap. 363). Fost affarijiet oħra, dan it-tibdil jinkludi korrezzjoni f’numru ta’ ismijiet ta’ bliet u rħula Maltin li ma kellhomx il-forma Maltija korretta. Ngħidu aħna, l-ismijiet li fil-Malti għandhom Ħal, Ta’ jew lartiklu quddiemhom, għandhom jinkitbu bihom biex ikunu sħaħ (eż. Ħal Kirkop, Ħal Għaxaq, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema, Il-Ħamrun, Ix-Xewkija), għax dawn huma parti integrali mill-isem sħiħ.
Din mhix ħaġa li nsibuha fl-ismijiet Maltin biss. Hekk ukoll isir fit-Taljan u fl-Ingliż f’ismijiet bħal L’Aquila (mhux Aquila), La Spezia (mhux Spezia), The Hague (mhux Hague) li żgur ħadd ma joħlom li jiktibhom mingħajr l-artiklu fid-dokumenti u fit-tabelli pubbliċi. Hawn taħt qed ngħaddulkom il-lista tal-ismijiet kif għandhom jinkitbu u nissuġġerulkom li timxu magħha fil-kitba u l-grafika tagħkom bil-Malti.
Imma qabel, ta’ min jinnota dawn:
1. Kif tikteb Ħal
a) Meta l-isem jieħu Ħal (it-taqsira ta’ “raħal”), iktbu dejjem bla sing. (eż. Ħal Balzan, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħal Tarxien)
b) Meta l-<l> ta’ Ħal issir bħall-ittra ta’ warajha, iktbu bis-sing. (eż. Ħad-Dingli, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ)
ċ) Niktbu Ħal Lija, Ħal Luqa.
2. Kif tikteb l-artiklu
Niktbu:
a) il-Birgu, il-Furjana, il-Gżira, il-Mellieħa, il-Qala
b) in-Nadur, ir-Rabat, is-Swieqi, ix-Xagħra, iż-Żejtun
ċ) l-Imġarr (mhux l-iMġarr), l-Imsida (mhux l-iMsida), l-Imtarfa (mhux l-iMtarfa), l-Iklin, l-Isla
L-ISMIJIET TAL-BLIET U L-IRĦULA MALTIN
| 1 |
Il-Belt Valletta |
| 2 |
L-Imdina |
| 3 |
Il-Birgu |
| 4 |
L-Isla |
| 5 |
Bormla |
| 6 |
Ħal Qormi |
| 7 |
Ħaż-Żebbuġ |
| 8 |
Ħaż-Żabbar |
| 9 |
Is-Siġġiewi |
| 10 |
Iż-Żejtun |
| 11 |
Ir-Rabat, Għawdex |
| 12 |
Ħ’Attard |
| 13 |
Ħal Balzan |
| 14 |
Birkirkara |
| 15 |
Birżebbuġa |
| 16 |
Ħad-Dingli |
| 17 |
Il-Fgura |
| 18 |
Il-Furjana |
| 19 |
Il-Fontana |
| 20 |
Il-Gudja |
| 21 |
Il-Gżira |
| 22 |
Għajnsielem |
| 23 |
L-Għarb |
| 24 |
Ħal Għargħur |
| 25 |
L-Għasri |
| 26 |
Ħal Għaxaq |
| 27 |
Il-Ħamrun |
| 28 |
L-Iklin |
| 29 |
Il-Kalkara |
| 30 |
Ta’ Kerċem |
| 31 |
Ħal Kirkop |
| 32 |
Ħal Lija |
| 33 |
Ħal Luqa |
| 34 |
Il-Marsa |
| 35 |
Marsaskala |
| 36 |
Marsaxlokk |
| 37 |
Il-Mellieħa |
| 38 |
L-Imġarr |
| 39 |
Il-Mosta |
| 40 |
L-Imqabba |
| 41 |
L-Imsida |
| 42 |
Il-Munxar |
| 43 |
In-Nadur |
| 44 |
In-Naxxar |
| 45 |
Paola |
| 46 |
Pembroke |
| 47 |
Tal-Pietà |
| 48 |
Il-Qala |
| 49 |
Il-Qrendi |
| 50 |
Ir-Rabat |
| 51 |
Ħal Safi |
| 52 |
San Ġiljan |
| 53 |
San Ġwann |
| 54 |
San Lawrenz |
| 55 |
San Pawl il-Baħar |
| 56 |
Ta’ Sannat |
| 57 |
Santa Luċija |
| 58 |
Santa Venera |
L-ISMIJIET TAL-KOMUNITAJIET MALTIN
| 1 |
Fleur-de-Lys |
| 2 |
Santa Luċija, Għawdex |
| 3 |
Gwardamanġa |
| 4 |
Paceville |
| 5 |
Il-Kappara |
| 6 |
Il-Madliena |
| 7 |
Marsalforn |
| 8 |
Bubaqra |
| 9 |
Ix-Xlendi |
| 10 |
Tal-Virtù |
| 11 |
Ħal Farruġ |
| 12 |
St Peter |
| 13 |
Is-Swatar |
| 14 |
Burmarrad |
| 15 |
Il-Baħrija |
| 16 |
Baħar iċ-Ċagħaq |