ad1


  


27 February 2014

Il-lokalitajiet Maltin

Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja
Triq l-Assedju l-Kbir
Il-Furjana VLT 2000
www.kunsilltalmalti.gov.mt
kunsilltalmalti@gov.mt

Bħalma tafu, fl-2010 sar tibdil fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap. 363). Fost affarijiet oħra, dan it-tibdil jinkludi korrezzjoni f’numru ta’ ismijiet ta’ bliet u rħula Maltin li ma kellhomx il-forma Maltija korretta. Ngħidu aħna, l-ismijiet li fil-Malti għandhom Ħal, Ta’ jew lartiklu quddiemhom, għandhom jinkitbu bihom biex ikunu sħaħ (eż. Ħal Kirkop, Ħal Għaxaq, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema, Il-Ħamrun, Ix-Xewkija), għax dawn huma parti integrali mill-isem sħiħ.

Din mhix ħaġa li nsibuha fl-ismijiet Maltin biss. Hekk ukoll isir fit-Taljan u fl-Ingliż f’ismijiet bħal L’Aquila (mhux Aquila), La Spezia (mhux Spezia), The Hague (mhux Hague) li żgur ħadd ma joħlom li jiktibhom mingħajr l-artiklu fid-dokumenti u fit-tabelli pubbliċi. Hawn taħt qed ngħaddulkom il-lista tal-ismijiet kif għandhom jinkitbu u nissuġġerulkom li timxu magħha fil-kitba u l-grafika tagħkom bil-Malti.

Imma qabel, ta’ min jinnota dawn:

1. Kif tikteb Ħal

a) Meta l-isem jieħu Ħal (it-taqsira ta’ “raħal”), iktbu dejjem bla sing. (eż. Ħal Balzan, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħal Tarxien)
b) Meta l-<l> ta’ Ħal issir bħall-ittra ta’ warajha, iktbu bis-sing. (eż. Ħad-Dingli, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ)
ċ) Niktbu Ħal Lija, Ħal Luqa.

2. Kif tikteb l-artiklu
Niktbu:
a) il-Birgu, il-Furjana, il-Gżira, il-Mellieħa, il-Qala
b) in-Nadur, ir-Rabat, is-Swieqi, ix-Xagħra, iż-Żejtun
ċ) l-Imġarr (mhux l-iMġarr), l-Imsida (mhux l-iMsida), l-Imtarfa (mhux l-iMtarfa), l-Iklin, l-Isla



L-ISMIJIET TAL-BLIET U L-IRĦULA MALTIN


1  Il-Belt Valletta 
2  L-Imdina 
3  Il-Birgu 
4  L-Isla 
5  Bormla 
6  Ħal Qormi 
7  Ħaż-Żebbuġ 
8  Ħaż-Żabbar 
9  Is-Siġġiewi 
10  Iż-Żejtun 
11  Ir-Rabat, Għawdex 
12  Ħ’Attard 
13  Ħal Balzan 
14  Birkirkara 
15  Birżebbuġa 
16  Ħad-Dingli 
17  Il-Fgura 
18  Il-Furjana 
19  Il-Fontana 
20  Il-Gudja 
21  Il-Gżira 
22  Għajnsielem 
23  L-Għarb 
24  Ħal Għargħur 
25  L-Għasri 
26  Ħal Għaxaq 
27  Il-Ħamrun 
28  L-Iklin 
29  Il-Kalkara
30  Ta’ Kerċem
31  Ħal Kirkop
32  Ħal Lija
33  Ħal Luqa
34  Il-Marsa
35  Marsaskala
36  Marsaxlokk
37  Il-Mellieħa
38  L-Imġarr
39  Il-Mosta
40  L-Imqabba
41  L-Imsida
42  Il-Munxar
43  In-Nadur
44  In-Naxxar
45  Paola
46  Pembroke
47  Tal-Pietà
48  Il-Qala
49  Il-Qrendi
50  Ir-Rabat
51  Ħal Safi
52  San Ġiljan
53  San Ġwann
54  San Lawrenz
55  San Pawl il-Baħar
56  Ta’ Sannat
57  Santa Luċija
58  Santa Venera


L-ISMIJIET TAL-KOMUNITAJIET MALTIN

1  Fleur-de-Lys
2  Santa Luċija, Għawdex
3  Gwardamanġa
4  Paceville
5  Il-Kappara
6  Il-Madliena
7  Marsalforn
8  Bubaqra
9  Ix-Xlendi
10  Tal-Virtù
11  Ħal Farruġ
12  St Peter
13  Is-Swatar
14  Burmarrad
15  Il-Baħrija
16  Baħar iċ-Ċagħaq

No comments:

Post a Comment