Ġabra ta’ kliem li t-tfal tas-snin bikrin jixraq li jkunu jafu.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti bil-kollaborazzjoni
tad-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku fid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni
Ibagħtu l-kummenti u s-suġġerimenti tagħkom lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti, f’wieħed mill-indirizzi elettroniċi t’hawn taħt:
david.agius.muscat@ilearn.edu.mt
george.mifsud@ilearn.edu.mt
david.muscat.4@ilearn.edu.mtTfal edukati
Fis-snin bikrin it-tfal għandhom jidraw kliem u espressjonijiet ta’ tislim. Irridu nrawmuhom jużaw lingwa sabiħa huma u jitkellmu. Għalkemm it-tfal ta’ din l-età jitkellmu l-aktar f’kuntest informali, tajjeb li ndarruhom espressjonijiet li jintużaw f’ambjenti formali.
Filgħodu ngħidu:
· L-għodwa t-tajba. / Bonġu.
Waranofsinhar ngħidu:
· Il-waranofsinhar it-tajjeb.
Filgħaxija u billejl ngħidu:
· Il-lejl it-tajjeb.
Għat-tislimiet t’hawn fuq, inwieġbu:
· Lilek ukoll. / Tant ieħor.
Meta xi ħadd jagħtina xi ħaġa, ngħidu:
· Grazzi.
Biex nitolbu xi ħaġa, ngħidu:
· Jekk jogħġbok.
Biex niskużaw ruħna, ngħidu:
· Skużi. / Skużani.
· Aħfirli, ma nerġax.
Meta nirringrazzjawhom, inwieġbu:
· M’hemmx imniex. / Xejn.
Meta jċemplilna xi ħadd, ngħidu:
· Ħelow. Min int, jekk jogħġbok?
Meta niltaqgħu ma’ xi ħadd, nistaqsuh:
· Kif int?
Meta jagħtas xi ħadd, ngħidulu:
· Evviva. / Il-Bambin miegħek.
Qabel l-ikla ta’ nofsinhar u ta’ filgħaxija, ngħidu:
· L-ikla t-tajba.
Meta nkunu se nħallu lil xi ħadd, ngħidulu:
· Saħħa. / Ċaw.
No comments:
Post a Comment