ad1


  


24 February 2014

X'niktbu : Antonella w Mark jew Antonella u Mark?


Minn Olvin Vella


Spjegazzjoni

Il-konġunzjoni tinkiteb <u> dejjem. (Aġġornament, it-tieni parti, VII)

Ngħidu aħna: <ħija u oħti>; <waħda u oħra>; <daħlu u umiljawh>.

Madanakollu, kliem ieħor bħal <ukoll> u <uħud> jinbidel għal <wkoll> u <wħud> meta l-kelma ta’ qablu tispiċċa b’vokali: <aħna wkoll> u <xi wħud>. Dan dejjem sakemm mhux qed nitkellmu fuq kliem li ġej mit-Taljan għax dal-kliem jibqa’ jżomm il-vokali oriġinali meta tkun fil-bidu tal-kelma. (Żieda, Ċ1) Ngħidu aħna: <biljetti użati>.

No comments:

Post a Comment